Read in English.
Il-Ministeru tas-Saħħa llum ħabbar 135 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 57 persuna. Il-każijiet il-ġodda ħarġu minn 2,779. swab test li saru.
Dan ifisser li llum fl-ewwel jum tas-sena, hawn 1,512 każ attiv f’Malta.
Ilbieraħ tħabbru 109 każ ġdid tal-coronavirus. Mill-investigazzjonijiet tal-contact tracing, instab li:
- 36 każ kienu ta’ membri tal-familja ta’ nies bil-virus
- 14-il każ ittieħdu minn fuq il-post tax-xogħol
- 10 każi ġew minn kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
- 19-il każ ittieħdu minn attivitajiet soċjali.
L-awtoritajiet ta’ saħħa għadhom ma sabux minn fejn 30 persuna ħadu l-virus.

Il-każijiet tal-bieraħ:
109 każijiet ġodda tal-coronavirus fl-aħħar jum tas-sena
L-għadd totali ta’ vittmi tal-virus jibqa’ 219.