1,341 jistennew biex jidħlu fid-djar tal-anzjani

Read in English.

ll-Ministru tas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li hemm 1,341 persuna anzjana fuq il-lista ta’ stennija biex jidħlu fi djar tal-anzjani.

Matul l-2020 din il-lista żdiedet b’457 persuna.

419-il-persuna ilhom fuq il-lista aktar minn sena u spjega li dawk l-aktar urġenti qegħdin jingħataw prijorità.

Il-Ministru Michael Falzon kien qiegħed iwieġeb il-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.