134 każ ġdid tal-coronavirus

people-wearing-masks-valletta-2
Miguela Xuereb

Read in English.

Malta kellha 134 każ ġdid tal-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa. Fiequ wkoll 40 persuna, u b’hekk it-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 1,543.

Il-każijiet il-ġodda ħarġu mill-2,690 swab test li saru.

OFFICIAL COVID-19 figures for 20•10•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Tuesday, October 20, 2020

Ilbieraħ tħabbru 109 każijiet ġodda, filwaqt li dalgħodu tħabbret is-46 mewta bil-Covid-19, dik ta’ anzjana ta’ 72 sena.

Is-46 mewta f’Malta
Tmut anzjana bil-coronavirus

Mill-każijiet tal-bieraħ kien hemm:

  • 36 każ li ttieħdu mingħand membri tal-familja li kellhom il-virus
  • 6 każijiet minn fuq il-post tax-xogħol
  • 10 każijiet ta’ persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
  • 6 każijiet minn avvenimenti soċjali
  • 3 każijiet impurtati
  • 2 każijiet minn Paceville

Dan ifisser li mhix magħrufa l-oriġini ta’ 46 każ tal-coronavirus.