132 persuna jinqabdu jgħixu illegalment f’Malta

Sal-aħħar t’Awwissu, il-Pulizija sabet 132 ruħ li kienu Malta mingħajr il-permessi meħtieġa jew bil-viża skaduta.
Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern Michael Farrugia għall-mistoqsija Parlamentari tad-deputat nazzjonalista Beppe Fenech Adami.
Il-Ministru Farrugia qal li l-Pulizija identifikat lil dawk il-persuni li kollha huma minn pajjiżi terzi wara li daħlulha numru ta’ rapporti jew inkella wettqet spezzjonijiet għall-għarrieda.