13,000 siġra jitħawlu f’Raħal Ġdid

DOI

Qed jitħawlu madwar 13,000 siġar indiġeni, siġar tal-frott u arbuxelli. Dan se jsir minn Ambjent Malta fi Ġnien il-Mediterran, Raħal Ġdid.

L-istqarrija mill-Ministeru għall-Ambjent spjegat li Ambjent Malta kompliet bix-xogħol peress li għaddew il-ġranet sħan tas-sajf. L-istqarrija qalet li neħħew ir-radam li kien jinsab fis-sit, għamlu xogħol ta’ żbir ta’ siġar eżistenti, xogħol ta’ tħawwil ta’ siġar, kif ukoll sistema ta’ irrigazzjoni.

Il-Ministru għall-Ambjent José Herrera flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis żaru x-xogħlijiet. Il-Ministru sostna li matul ix-xhur li ġejjin se jkomplu jħawwlu aktar siġar anka fl-urban. Minn naħa tiegħu, Parnis qal li bix-xogħol li qed isir fih, il-ġnien għandu jservi bħala post ta’ rikreazzjoni għal kull min iżur il-lokalità.