1,300 ġenitur quddiem it-tribunal għax uliedhom fallew l-iskola

Matul is-sena skolastika 2018 – 2019, 1,283 ġenitur tressqu quddiem it-Tribunali rispettivi tagħhom minħabba każi ta’ assenteiżmu wara li naqsu milli jagħtu raġuni valida għala wliedhom fallew l-iskola għal aktar minn tlitt ijiem konsekuttivi. Dan juri nuqqas ta’ 476 ġenitur meta kkumparat mas-sena ta’ qabel.

Aqra: 1,800 ġenitur quddiem it-Tribunal għax uliedhom fallew l-iskola

Din l-istatistika kienet ippreżentata fil-Parlament mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo wara li d-Deputat Laburista Byron Camilleri staqsa kemm kienu dawk il-ġenituri li tressqu l-Qorti minħabba assenteiżmu ta’ wliedhom mill-iskola obbligatorja.