Attent: 13-il zalza rtirati mis-suq

Amazon.com

Qed issir sejħa volontarja ta’ 13-il prodott ta’ Stubb’s, li hija ditta taz-zlazi. Dan minħabba li m’humix imniżżlin ċertu allerġeni li għandhom x’jaqsmu mal-karfus, ġunġlien u mustarda.

Il-kumpanija spjegat li s’issa għad ma kienx hemm rapporti ta’ allerġiji minħabba dawn il-prodotti. Però, qalet li qed tirtira l-prodotti mis-suq biex turi li qed tpoġġi s-saħħa tal-konsumatur l-ewwel.

Din hija lista tal-prodotti li qed jissejħu lura:

Prodotti ta’ Stubb’s
Legendary Original Bar-B-Q Sauce 18oz Bottle
Legendary Spicy Bar-B-Q Sauce 18oz Bottle
Legendary Hickory Bourbon Bar-B-Q Sauce 18oz Bottle
Sticky Sweet Bar-B-Q Sauce 18oz Bottle
Dr. Pepper Bar-B-Q Sauce 18oz Bottle
Original Wicked Wing Sauce (labelled as Wicked Habanero Pepper Wing Sauce)12oz Bottle
Soy, Garlic & Red Pepper Beef Marinade 12oz Bottle
Citrus & Onion Chicken Marinade 12oz Bottle
Chili, Lime & Ginger Pork Marinade 12oz Bottle
Sweet Honey & Spice Bar-B-Que Sauce 18oz Bottle
Moppin’ Sauce Bar-B-Q Baste 12oz Bottle
Smokey Mesquite Bar-B-Q Sauce 18oz Bottle
Honey Pecan Bar-B-Q Sauce 18oz Bottle

Il-prodotti tneħħew minn fuq l-ixkafef. Hekk kif jitranġaw it-tabelli ta’ fuq il-fliexken, il-prodotti se jerġgħu jiġu distribwiti. Il-kumpanija staqsiet li l-konsumatur imur għand il-ħanut minn fejn xtara il-prodott u jieħu flusu lura, anka mingħajr irċevuta.