13-il triq bi speed camera f’Malta, l-ebda waħda f’Għawdex

F’Malta hemm 13-il triq bi speed camera, iżda l-ebda waħda f’Għawdex.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għat-Trasport Ian Borg fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Herman Schiavone.
Ħal Qormi hija l-unika lokalità li għandha żewġ toroq b'kameras fil-konfini tagħha – waħda fi triq l-Imrieħel u l-oħra fi Triq l-Imdina.
Il-kameras l-oħra jinsabu kif ġej: Triq St Andrews (viċin il-White Rocks); Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ; Triq in-Nutar Zarb, Attard, Triq Reġġjonali San Ġiljan, Triq Burmarrad, Burmarrad, Triq Ħal Far, il-Gudja, Triq Tal-Barrani, ż-Żejtun, ħdejn il-mini ta’ Santa Venera, fil-By Pass ta’ Birkirkara, Triq Mons. Mikiel Azzopardi, s-Siġġiewi u fil- By Pass ta’ San Pawl il-Baħar.
Ġeneralment, f'kull każ, hemm kamra f'kull direzzjoni.