13-il sit tal-kostruzzjoni ingħataw eżenzjoni għas-sajf

13-il sit tal-kostruzzjoni ingħataw eżenzjoni biex ikunu jistgħu ikomplu għaddejjin bix-xogħol matul ix-xhur tas-sajf.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.
Sitta minn dawn is-siti jinsabu f’San Ġiljan. Tlieta oħra jinsabu f’Tas-Sliema.
Is-siti oħra jinsabu fil-Gżira, il-Belt, Wied il-Għin u x-Xlendi.