13-il sena u nofs ħabs fuq attentat ta’ qtil f’Ħal Far

Raġel ġie kkundanat għal 13-il sena u nofs priġunerija wara li nstab ħati b’attentat ta’ qtil.

Il-każ imur lura għas-6 ta’ Awwissu 2016, meta għall-ħabta tas-1.45pm, ir-raġel, Ahmed Omar Amhimmid Aljuweeni ta’ nazzjonalità Libjana ta daqqiet ta’ sikkina lir-raġel ieħor ta’ nazzjonalità Libjana f’Ħal Far.

Ir-raġel kien akkużat ukoll li kellu arma fil-pussess tiegħu u li kkawża ġrieħi gravi fuq il-vittma. L-akkużat kien ammetta l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu.

F’Qorti ppreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, Aljuweeni ġie kkundanat għal 13-il sena u nofs ħabs. Huwa ġie wkoll ordnat iħallas €4,972.05 fi spejjeż tal-Qorti.