13-il persuna mmultati waqt ir-rondi

Read in English.

13 il-persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi li qed tagħmel il-pulizija biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat ta’ aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi. Dan skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.


Fil-bullettin dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta sitt persuni nstabu jiksru l-kwarantina obbligatorja waqt il-521 spezzjoni li saru mill-pulizija flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa u l-Protezzjoni Ċivili.

Is-sitt persuni ġew immultati €3,000 kull wieħed. Intqal ukoll li minn meta bdew l-ispezzjonijiet diġà ngħataw 55 multa għall-ksur tal-kwarantina obbligatorja. Il-Gvern appella biex kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn