13-il persuna mejta wara attakk fl-Eġittu

Tmien uffiċjali tas-sigurtà u ħames militanti nqatlu f’attakk mad-dħul fis-Sinaj ta’ Fuq fl-Eġittu skont l-istazzjon televiżiv uffiċjali Eġizzjan.

Il-militanti bdew l-attakki tagħhom ma’ numru ta’ daħliet fis-Sinaj ta’ Fuq. Xi sorsi oħra qegħdin jgħidu li mietu 10 uffiċjali tal-pulizija u erba’ militanti.

Il-forzi Eġizzjani ilhom jiġġieldu kontra l-militanti Iżlamiċi għal żmien twil, peress li dawn iwettqu diversi attakki fuq il-forzi ta’ sigurtà u anke fuq in-nies fis-Sinaj ta’ Fuq.

Is-sena li għaddiet, l-Armata u l-Pulizija Eġizzjani nedew kampanja kbira ta’ sigurtà kontra l-militanti, wara li f’Novembru tal-2017, kien hemm attakk f’moskea li wassal għall-mewt ta’ mijiet ta’ persuni.