13-il nutar ġdid jieħdu l-warrant

13-il nutar ġdid, inkluż 9 nisa, irċevew il-warrant tagħhom biex jibdew jipprattikaw ta’ professjonisti.
Il-Ministru tal-Ġustizzja, Owen Bonnici, awguralhom li jwettqu xogħlhom bid-dinjità li tixraq waqt li enfasizza l-ħtieġa li n-nutara jkunu xhieda ta’ etika u serjetà.
Semma kif ftit ġimgħat ilu għaddiet liġi li se tolqothom direttament bħala nutara. Bil-liġi tas-suċċessjoni, Malta saret konformi mar-regoli tal-UE u ssolvi problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom werrieta li jkollhom propjetajiet f’pajjiżi differenti. 
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo