13-il NGO jikkundannaw it-talba tal-kaċċaturi

Read in English.

12-il għaqda mis-soċjetà ċivili qed jappoġġjaw lil BirdLife Malta biex f’kundanna għat-talba tal-kaċċaturi lill-President biex jabolixxi dan id-dritt taċ-ċittadini bħala theddida għad-demokrazija.

Fi stqarrija BirdLife Malta qalet li l-proposta tal-kaċċaturi biex ma jkunx jista’ jissejjaħ referendum abrogattiv f’Malta u biex jitnaqqas il-poter tal-votanti li jitolbu li jsir referendum hija theddida għad-demokrazija u qed tnaqqar id-drittijiet taċ-ċittadini.

BirdLife qed jappellaw lill-President ta’ Malta, lill-Prim Ministru u l-Kabinett tal-Ministri biex jassiguraw li jżommu intatti l-mekkaniżmi

demokratiċi b’saħħithom li hawn fil-Gżejjer Maltin.

It-12-il għaqda mhux governattiva li qed jappoġġjaw ir-reazzjoni tal-BirdLife huma: Din l-Art Ħelwa, Nature Trust Malta-FEE, Moviment Graffitti, Friends of the Earth Malta, Futur Ambjent Wieħed, Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA), Isles of the Left, Ramblers’ Association of Malta, The Archaeological Society Malta, Wirt Għawdex, Aditus Foundation, Malta LGBTIQ Rights Movement (MGRM).

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) kitbu lill-President George Vella biex fid-dawl tal-konsultazzjonijiet dwar ir-riforma tal-Kostituzzjoni jikkunsidra xi emendi fosthom dik dwar kif jissejjaħ referendum. Huma saħqu li fl-2015, ir-referendum tal-kaċċa kien issejjaħ b’mod kapriċċuż u abbużiv u għaldaqstant sejħu biex ikun hemm protezzjoni għal sezzjonijiet fis-soċjetà li jistgħu jkunu f’minoranza.