13-il Malti l-ħabs f’pajjiżi oħra

Preżentament hemm 13-il ċittadin Malti li jinsab il-ħabs f’pajjiżi terzi.
Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella fi tweġiba għall-mistoqsijia parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.  
L-iktar pajjiż fejn hemm Maltin il-ħabs huwa l-Awstralja fejn hemm ħames ħabsin li għandhom passaport Maltin, jew kważi 40 fil-mija tal-Maltin li jinsabu f’ċella f’pajjiż barrani. Żewġ Maltin jinsabu l-ħabs fir-Renju Unit. Hemm ukoll priġunier Malti fl-Italja, l-Brażil, il-Libja, l-Istati Uniti, l-Ġappun u t-Tuneżija. 
Tnejn mill-Maltin li jinsabu l-ħabs għadhom qed jistennew li jibdew il-proċeduri kriminali kontrihom
Intant, fi tweġiba tal-istess interpellant, Vella qal ukoll li preżentament hemm persuna waħda biss li hija rrappurtata nieqsa. – persuna Libjana li għandha wkoll passaport Malti li kienet irrapurtata nieqsa f'Benghazi f'Novembru 2011.