13-il ġurnalist fit-Turkija jeħlu l-ħabs

Qorti fit-Turkija bagħtet 13-il ġurnalist il-ħabs wara li ġew akkużati b’atti ta’ terrortiżmu, liema każ qajjem rabja globali speċjalment fejn tidħol il-ħelsien tal-midja.
Il-ġurnalisti kienu kollha ħaddiema tal-gazzetta tal-oppożizzjoni Cumhuriyet, li kienet ħadet pożizzjoni ħarxa kontra l-Gvern.
Filwaqt li tliet persuni ġew meħlusa mill-akkużi, dawk li qed jiġu akkużati b’terroriżmu jinsabu fuq ħelsien proviżorju mill-arrest sakemm jinstema l-appell tas-sentenza.
Huma kienu ġew arrestati lura f’Lulju tal-2016.
L-awtoritajiet Torok akkużaw lill-istaff ta’ Cumhurijet li jissapportjaw gruppi li jsostnu huma terroristiċi, inklużi l-partit tal-ħaddiema Kurdistan (PKK), il-partit Revoluzzjonarju tal-Poplu u l-kleru ta’ Fetullah Gulen.
It-13-il persuna kkundannati lbieraħ, jinkludu wħud mill-aktar kummentaturi prominenti tal-pajjiż, inkluż il-Kap Editorjali Murat Sabuncu, l-artista Musa Kart u l-kolumnist Kadri Gursel.
Iċ-ċermen tal-gazzetta, Akin Atalay ingħata sentenza ta’ seba’ snin ħabs, wara li kien diġa serva 500 ġurnata.