​13,558 jużaw is-servizzi tas-saħħa mentali fl-2016

13,558 persuna wżaw is-servizzi tas-saħħa mentali f’Malta u Għawdex fl-2016.
Dawn iċ-ċifri kienu ġew ippubblikati mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
Kien spjega li l-aktar żewġ każijiet komuni li l-pazjenti sofrew minnhom kienu disturbi mentali minħabba użu ta’ sustanza psikoattiva, jiġifieri mhux alkoħol, u disturbi affettivi.