13,400 persuna salvati mill-baħar mill-FAM f’10 snin

Fl-aħħar għaxar snin is-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 13,399 persuna waqt ħidma ta’ salvataġġ li saru fuq il-baħar.

Bejn l-2003 u l-2013, il-Forzi Armati kellha tintervjeni f’954 ħidma ta’ salvataġġ.

Skont il-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia, l-2007 kienet l-iktar sena intensiva b’148 ħidma fuq il-baħar.

Madanakollu, fl-2008 ġew salvati l-ikbar numru ta’ persuni minn fuq il-baħar, b’total ta’ 2,108 persuna.

Fl-2010 ġew salvati 54 persuna u l-Forzi Armati wettqet 26 ħidma ta’ salvataġġ.  

Din is-sena l-FAM salvat 1,644 persuna.

SENAĦIDMA TA' SALVATAĠĠNIES SALVATI
2013881,644
20121131,896
2011631,640
20102654
200967793
20081052,108
20071481,024
2006931,274
20051091,342
2004691,031
200373593
TOTAL95413,399