13,000 Malti stmati li jkollhom id-dimensja sal-2050

Il-Gvern qed jipprepara strateġija nazzjonali dwar id-dimensja, bil-għan li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ persuni b’din il-kundizzjoni, ta’ dawk li jieħdu ħsiebhom u saħansitra ta’ qrabathom.
Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva ħabbar li dan id-dokument kien ippreżentat għall-konsultazzjoni pubblika sal-aħħar ta’ Ġunju 2014, u issa qiegħed fl-aħħar stadji qabel jiġi ffinalizzat u ppubblikat. 
Din l-istrateġija mistennija li tkun imnedija fil-bidu tas-sena d-dieħla u tkopri perjodu ta’ disa’ snin.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet l-għadd ta’ individwi bid-dimensja aktar ma jmur qed ikompli jiżdied, u sal-2050 mistenni jlaħħaq it-13,000 persuna.