1,295 persuna mmultati mil-LESA għax ma kinux lebsin maskra

LESA-spezzjoni-maskri
Facebook

Il-ħaddiema tal-LESA mmultaw lil 1,295 persuna f’ġimgħa talli dawn inqabdu mhux lebsin maskra.

Fuq Facebook, il-LESA qalet li l-uffiċjali tal-komunità għamlu aktar minn 2,800 spezzjoni biex jaraw li n-nies ikunu lebsin il-maskra billi l-ilbies tal-maskra sar obbligatorju kullimkien.

Mill-ispezzjonijiet li saru bejn it-Tnejn 26 t’Ottubru u l-Ħadd l-1 ta’ Novembru, inħarġu 1,295 ċitazzjoni għax in-nies inqabdu mingħajr il-maskra. Dawn l-ispezzjonijiet saru fuq it-trasport pubbliku, fuq il-vapuri tal-Gozo Channel, f’diversi ħwienet kif ukoll fit-toroq.

F’ġimgħa waħda biss l-uffiċjali tal-komunita għamlu iktar minn 2⃣8⃣0⃣0⃣ spezzjoni marbuta mar-regoli li jitolbu l-ilbies…

Posted by LESA on Tuesday, November 3, 2020