128 sena mit-twelid tal-uniku PM Malti li miet waqt li kien fil-kariga

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem lill-eks Prim Ministru Nerik Mizzi f’għeluq il-128 sena mit-twelid tiegħu. 

Nerik Mizzi twieled il-Belt Valletta fl-20 ta’ Settembru 1885 u hu l-uniku Prim Ministru li miet waqt li kien fil-kariga. 

Dr Musct poġġa kuruna tal-fjuri quddiem il-bust tal-eks Prim Ministru Nerik Mizzi f’Misraħ San Ġwann.

Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija kien Ministru tal-Industrija u l-Kummerċ, tal-Agrikultura, tas-Sajd, tal-Posta u tal-Edukazzjoni.  

Kien ukoll Mexxej tal-Partit Nazzjonalista. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija ġie ddeportat illegalment mill-Gvern Ingliż lejn l-Uganda fejn dam miżmum għal tliet snin.

Sar Prim Ministru fis-26 ta’ Settembru 1950 iżda miet tliet xhur biss wara.

Nerik Mizzi hu l-uniku Prim Ministru li miet waqt li kien fil-kariga.