126 persuna maqtula fl-attakk fis-Sirja

Minn tal-inqas 68 tifel u tifla nqatlu f’attakk suwiċida fis-Sirja.
Dan wara li fl-attakk li seħħ ilbieraħ, fejn karozza bomba kbira splodiet diversi coaches, inqatlu 126 persuna.
In-nies kienu qed jiġu trasferiti bħala parti mill-ftehim ta’ tpartit bejn il-gvern u r-ribelli, biż-żewġ naħat jieħdu n-nies tagħhom fil-partijiet ikkontrollati minnhom.
Dan wara li l-vittmi kienu ilhom 30 siegħa maqbuda fuq ix-xarabanks jistennew li tissolva kwistjoni bejn il-gvern u r-ribelli, fuq l-għadd ta’ ġellieda ribelli li kellhom jiġu evakwati.
Dak il-ħin vettura bil-bombi saqet għal fuq ix-xarabanks u nqerdu 10 karozzi mimlija nies.