126 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta

face masks
Miguela Xuereb

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu fil-pajjiż total ta’ 126 persuni oħra pożittivi għall-coronavirus.

Fl-infografika maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa intqal li dawn instabu wara 2,686 swab test. Kien hemm total ta’ 139 persuni oħra li fiequ mill-virus. L-għadd ta’ persuni li mietu kawża tal-coronavirus f’Malta huwa ta’ 146. Il-każi attivi fil-pajjiż bħalissa huma ta’ 2,068.

Propju llum, Malta qabżet l-10,000 każ fil-pajjiż minn meta feġġet il-pandemija. B’kollox s’issa saru total ta’ 433,468 swab tests.

Mill-102 każi rrappurtati lbieraħ kien hemm:

  • 11 huma kollegi ta’ każi magħrufa
  • 20 huma qraba ta’ każi magħrufa
  • 6 huma kuntatti diretti oħrajn
  • 7 huma minn avvenimenti soċjali
  • każ wieħed impurtat

57 każ mhux ikkonfermat minn fejn ġew.

Propju dalgħodu, il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar il-mewt ta’ ħames persuni oħra bil-Covid-19.