125 sodda oħra għall-anzjani fil-kumpless Rużar Briffa

DOI - Kevin Abela

Is-Segretarju Parlamentari għal Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis spjega kif l-investiment għat-tieni fażi tar-renovazzjoni tal-kumpless Rużar Briffa f’San Vinċenz De Paul se jaqbeż id-€9 miljun. Dan se jsir bil-għan li l-anzjani jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.

Skont stqarrija, il-kumpless se jiżdiedlu 125 sodda, se jiġu rinovati s-swali kif ukoll il-foyer ewlieni, se tkun restawrata l-Kappella ta’ San Bartilmew u se jkun hemm units tat-trasport u tal-occupational therapy ġodda.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Faċilità, Josianne Cutajar qalet li kif dan kollu jitlesta, s-swali se jiġu atrezzati b’sistemi u apparat modern biex jassiguraw li tkun qed tingħata l-ogħla kura lill-anzjani.