Read in English.
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li nstabu 125 każ ġdid ta’ coronavirus minn fost 3,285 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa. Fiequ wkoll 89 persuna biex b’hekk it-total ta’ każijiet attivi issa huwa ta’ 1,880.
Mit-total ta’ każijiet li nstabu lbieraħ kien hemm 46 każ li ttieħdu minn mebri tal-istess familja, 6 kuntatti pożittivi minn fuq il-postijiet tax-xogħol ta’ persuni li kienu pożittivi, żewġ kuntatti diretti, każ impurtat u każ ieħor minn Paceville.
F’Malta sa issa mietu 51 persuna bil-Covid-19 bl-aħħar persuna tkun l-anzjan li rriżulta pożittiv għall-Covid-19 wara mewtu.
L-aħbar tħabbret dalgħodu mill-Gvern.
Anzjan ta’ 82 imut bil-coronavirus