125 anniversarju mit-twaqqif ta’ San Vinċenz de Paul

Ir-Residenza għall-Kura fit-Tul, San Vinċenz de Paul, din is-sena qed tfakkar il-125 anniversarju mit-twaqqif tagħha.
Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità u anzjanità attiva ħabbar li matul din is-sena se jkunu qed isiru diversi attivitajiet biex ifakkru l-anniversarju ta' din ir-residenza.
Dawn l-attivitajiet se jsiru b'koordinazzjoni minn kumitat magħmul minn diversi membri mit-tim ta' San Vinċenz de Paul stess. Il-programm t'attivitajiet kien inawgurat mis-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana, li qalet li dan l-anniversarju se jiġbor fih ħafna elementi.
Semmiet kif permezz tar-rebranding ħolistiku li sar f'din ir-residenza, kienet eliminata għal kollox l-istigma li kienet marbuta ma' "l-Ingieret".
Ikkonkludiet billi faħħret din l-inizjattiva u fakkret fil-ħidma li saret, li qed issir u li se tkompli ssir f'din ir-residenza.
Ritratt: DOI – Pierre Sammut