125,000 appuntament imħassar bi strajk tat-tobba fir-Renju Unit

Fir-Renju Unit għaddej l-ikbar strajk tat-tobba tad-Dipartiment tal-Emerġenza minn kemm ilu li twaqqaf in-National Health Service 68 sena ilu.
L-istrajk għaddej għal disa’ sigħat illum u daqstant ieħor għada, u tħassru 125,000 appuntament bi speċjalisti jidħlu għax-xogħol minflok it-tobba biex dawn jistrajkjaw, fid-Dipartiment tal-Emerġenza u f’tal-Maternità.
L-istrajk ġie ordnat bi tweġiba għal riformi fis-servizz tas-saħħa li jrid idaħħal il-Gvern Ingliż.