123 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta

swabbing center

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu fil-pajjiż total ta’ 123 persuna oħra pożittivi għall-coronavirus.

Fl-infografika maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa intqal li dawn instabu wara 3,100 swab test. Kien hemm total ta’ 105 persuni oħra li fiequ mill-virus. L-għadd ta’ persuni li mietu kawża tal-coronavirus f’Malta huwa ta’ 149. Il-każi attivi fil-pajjiż bħalissa huma ta’ 2,068.

Prof. Charmain Gauci se tkun qed tagħti aktar dettalji dwar il-każi tal-lum fl-aġġornament tagħha.