122 kuntratt taħt l-iskema Sid ta’ Darek

Il-Gvern iffirma 122 kuntratt ma’ daqstant familji biex dawn jixtru l-propjetà li jgħixu fiha taħt l-iskema Sid ta’ Darek.
Dan qalu l-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici.
L-iskema kienet varata fi Frar 2014 u sa nofs April kienu ffirmati 189 konvenju. Minn dawn, 122 ssarfu f’kuntratti waqt li 67 konvenju li għadhom pendenti.