Read in English.
Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 121 każ ġdid ta’ coronavirus wara li saru total ta’ 3,033 swab test.
Fl-infografika tal-jum, il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li l-każi attivi fil-pajjiż bħalissa jammontaw għal 1,865. Dan hekk kif fiequ 144 persuna oħra.

Ilbieraħ tħabbru 96 każijiet ġodda tal-coronavirus, li minnhom kien hemm:
- 19-il każ fost membri tal-familja ta’ nies li kellhom il-virus
- 14-il każ minn fuq il-post tax-xogħol
- 8 każijiet ta’ nies li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
- 2 każijiet minn avvenimenti soċjali
B’hekk jidher li ma nstabitx l-oriġini ta’ 53 każ.