121 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 127 persuna

man-wearing-face-mask-st-julians
Ritratt: Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar 121 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 127 persuna. Il-każijiet il-ġodda rriżultaw mit-3,512-il swab test li saru.

B’hekk bħalissa hawn 2,594 każ attiv fil-komunità.

OFFICIAL COVID-19 figures for 14•01•2021Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Thursday, January 14, 2021

Ilbieraħ instabu 189 każ tal-coronavirus, li minnhom kien hemm:

  • 42 każ fost membri tal-familja ta’ nies bil-virus
  • 11-il każ fuq il-postijiet tax-xogħol
  • 9 każijiet ta’ nies li kellhom kuntatt dirett ma’ oħrajn bil-virus
  • 12-il każ minn attivitajiet soċjali fejn kien hemm persuni bil-virus

Għalhekk jidher li 115-il każ minn tal-bieraħ għadhom qegħdin jiġu investigati.