121 każ ġdid ta’ coronavirus

man-wearing-mask-on-tallinja-bus-coronavirus
Miguela Xuereb

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 121 każ ġdid ta’ coronavirus, wara li saru 3,091 swab test.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 108 persuna fiequ u b’hekk l-għadd ta’ każi attivi huwa 2,071.

Covid saħħa 30Nov2020

Il-pandemija f’Malta ħasdet il-ħajja ta’ 137 persuna. Erba’ mwiet ġew irrappurtati t-Tnejn filgħodu.

Ilbieraħ tħabbru 143 każ ġdid ta’ coronavirus, li huma mqassma hekk:

  • 19-il membru tal-familja ta’ individwi li ttestjaw pożittiv
  • 9 kollegi ta’ individwi li ttestjaw pożittiv
  • 4 persuni kienu f’kuntatt dirett ma’ individwi li ttestjaw pożittiv

111 il-każ ma jafux minn fejn ittieħdu.