121 każ ġdid ta’ coronavirus f’Malta

people-wearing-masks-valletta
Miguela Xuereb

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu fil-pajjiż total ta’ 121 persuna oħra pożittivi għall-coronavirus.

Fl-infografika maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa intqal li dawn instabu wara 3,377 swab test. Kien hemm total ta’ 105 persuni oħra li fiequ mill-virus. L-għadd ta’ persuni li mietu kawża tal-coronavirus f’Malta huma 108. Il-każi attivi fil-pajjiż bħalissa huma ta’ 2,167.

Id-dettalji tal-każi tal-lum se jingħataw minn Prof. Gauci waqt l-aġġornament tal-ġimgħa.