121 każ ġdid ta’ coronavirus; 122 ifiqu

people-wearing-masks-valletta
Miguela Xuereb

Read in English.

F’Malta l-każi attivi huma ta’ 2,120 hekk kif il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 121 persuna oħra li nstabu pożittivi għall-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa.

Fl-infografika tal-jum ħareġ li dawn instabu wara 2,955 swab test. Kien hemm total ta’ 122 persuna oħra li fiequ mill-virus.

Il-Ġimgħa, ħames fatalitajiet oħrajn kienu rrappurtati sa filgħaxija. Dan biex b’hekk, l-għadd ta’ persuni li mietu bil-virus tela’ għal 95.

L-aħħar tliet imwiet:
3 persuni jmutu bil-Covid-19

Mill-150 każ irrappurtati l-Ġimgħa, hemm 111-il każ li għadu mhux magħruf minn fejn ħadu l-virus. Intant, il-bqija ta’ każi kienu mqassmin hekk:

  • 25 li huma qraba ta’ każi pożittivi
  • 9 li huma kollegi ta’ każi pożittivi
  • 5 li huma individwi li kellhom kuntatt dirett ma’ każi pożittivi