Read in English.
Il-Gvern se joħroġ it-tielet dgħajsa tal-Captain Morgan biex fis-sigħat li ġejjin fuqha jiġu trasferiti l-immigranti li jinsabu fl-ibħra Maltin.
Sorsi qrib il-Gvern ikkonfermaw ma’ Newsbook.com.mt li dan qed isir wara ħidma ta’ salvataġġ li saret minn Malta fl-aħħar jumejn.
B’kollox ġew salvati 140 persuni minn żewġ dgħajjes. 19-il persuna minnhom huma tfal, ommijiet u nisa tqal li ddaħħlu Malta llejla mill-Forzi Armati ta’ Malta u se jinżammu fuq kwarantina fl-Initial Reception Center. Dalgħodu s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika il-Professur Charmaine Gauci kkonfermat li hija qed tagħti l-permess biex persuni jidħlu Malta fuq bażi umanitarja.
Il-121 immigrant se jiġu trasferiti fuq id-dgħajsa “Bahari” li qed tinkera mill-Captain Morgan. B’hekk dawn jiżdiedu mal-gruppi ta’ 57 u 105 li jinsabu fuq żewg dgħajjes oħra (Europa II u Atlantis) tal-Captain Morgan minħabba li l-portijiet Maltin baqgħu magħluqin.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.