1,200 kuntratt tal-kera rreġistrat bil-blockchain


Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes qal li mindu daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida dwar il-kera fil-bidu tas-sena, kien hemm 1,200 persuna li rreġistraw online l-kuntratt tal-kera tagħhom.

Il-Ministru kien qed jitkellem waqt id-diskussjoni tal-abbozz ta’ liġi li jimplimenta l-miżuri tal-estimi.

Hu qal li l-Ministeru tiegħu hu l-ewwel wieħed li qed juża’ s-sistema ta’ blockchain biex jirreġistra dawn il-kirijiet. F’Ġunju li għadda, il-Kabinett approva miżuri li jirrikjedu li l-kuntratti ta’ kiri kollha jiġu rreġistrati fuq blockchain minħabba s-sigurtà