12% tat-tfal f’Malta huma barranin – NSO

Read in English.

Tnax fil-mija tat-tfal sas-17 il-sena f’Malta huma barranin, skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).

Fi stqarrija l-NSO qal li sal-aħħar tal-2018 kien hemm 493,559 persuni joqgħodu Malta. Minnhom 80,196 kienu tfal.

Din il-parti mill-popolazzjoni naqset b’14,442 persuna meta mqabbel mal-2000.

Statistika mill-Labour Force Survey (LFS) turi li fl-2018 74,678 (80%) tal-ġenituri b’tfal sal-età ta’ 17-il sena kienu jaħdmu. Minnhom 96% kienu missirijiet u 65% kienu ommijiet.

Skont l-NSO, matul is-sena akkademika 2017/2018 kien hemm 63,182 studenti fl-iskejjel qabel il-primarja, primarji, sekondarji, u post-sekondarji li għandhom sas-17-il sena.

Minn dawn, 56,542 (89%) kienu Maltin filwaqt li 6,604 (10%) kienu barranin. Dawn kienu ġejjin l-aktar mill-Italja (964), mir-Renju Unit (842), u mil-Libja (591).

L-aktar skejjel li kienu jilqgħu fihom studenti kienu ta’ Birkirkara, Pembroke, u tal-Ħamrun.

Il-popolazzjoni qabżet l-460,000 persuna residenti f’Malta