12 mejta; 21 salvati wara li dgħajsa għerqet ‘il barra mill-Greċja

Read in English.

Minn tal-inqas 12-il persuna għerqu u 21 oħra ġew salvati wara li dgħajsa mimlija immigranti għerqet ‘il barra minn gżira fil-Punent tal-Greċja. Dan skont l-awtoritajiet Griegi.

Ħelikopters u bastimenti bħalissa jinabu viċin il-gżira ta’ Paxos sabiex ikompli jfittxu għal aktar persuni li possibilment setgħu salvaw l-għarqa. L-Awtoritajiet qalu li huma mgħarrfa li kien hemm madwar 50 persuna fuq id-dgħajsa li għerqet.

L-awtoritajiet Griegi qalu li mill-ewwel marru fuq iż-żona minn fejn ġie s-sinjal tad-dgħajsa f’diffikultà.