12 jiggradwaw mill-programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga tal-Caritas

Read in English.

Din is-sena ggradwaw 12-il persuna mill-programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga tal-Caritas li jsir f’San Blas f’Għawdex.

Fi stqarrija l-Caritas qalet li l-31 ta’ Lulju 2020 se jibqa’ mfakkar fil-kalendarju ta’ Caritas Malta għal Gradwazzjoni b’differenza.

“Għal bosta snin li għaddew, il-gradwazzjoni ta’ numru ta’ persuni li jkunu temmew b’suċċess il-programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga, sar fil-grounds ta’ San Blas, l-istess post fejn għal diversi xhur dawk li jagħmlu programm, jgħixu f’komunità terapewtika. Għal din iċ-ċerimonja normalment jattendu ’l fuq min 600 persuna, fosthom l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, familjari ta’ gradwati, benefatturi, staff u residenti ta’ Caritas Malta. Din is-sena il-Gradwazzjoni 2020 kienet ippjanata għas-26 ta’ Ġunju, fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż tad-droga,” qalet il-Caritas.

Però l-pjanijiet kellhom jinbidlu minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Ġiet organizzata ċelebrazzjoni fuq skala iżgħar.

Din is-sena ggradwaw 12-il persuna, 11-il raġel u mara li jinkludu 2 mill-Prison Inmates Programme.