Fl-Ingilterra se jiġu ppreżentati b’tifkira tal-125 sena tal-Football League

Fl-Ingilterra 12-il tim tal-futboll se jiġu ppreżentati bi plakka speċjali hekk kif il-Football League se jiċċelebra l-125 anniversarju tiegħu.   

It-tnax-il tim membri fundaturi kienu kkontestaw l-istaġun inawgurali li kien beda f’Settembru 1888.

Ħdax minnhom għadhom jeżistu Aston Villa, Blackburn Rovers, Bolton Wanderers, Burnley, Derby County, Everton, Notts County, Preston North End, Stoke, West Bromwich Albion u Wolverhampton Wanderers, It-Accrington Stanley li llum jilgħabu fit-tieni diviżjoni  se jingħataw plakka f’isem il-predeċessuri tagħhom Accrington FC.

Se tingħata wkoll tifkira lill-klabbs l-oħra kollha li se jkunu nvoluti fil-logħob.