12-il road block fi 3 ijiem

Fil-weekend ta’ bejn il-Ġimgħa 9 ta’ Frar u l-Ħadd 11 ta’ Frar saru 12-il road block mill-Korp tal-Pulizija. Dan kien il-weekend tal-Karnival.
Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia ta dawn id-dettalji fil-Parlament, għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.
F’Jannar li għadda, Newsbook.com.mt żvela grupp fuq Facebook li kien qed jgħin lill-Maltin jiżgiċċaw ir-road blocks. Fil-grupp li ngħalaq ftit tal-ħin wara li ġie ppubblikat l-artiklu, kien hemm membri uffiċjal tal-Pulizija u xufier ta’ Segretarju Parlamentari.
Fis-sena 2016, ir-Rapid Intervention Unit tal-Pulizija waqqfet 10,689 vettura waqt road blocks.
Bejn l-2013 u l-2015 saru 2,602 road block.