​12-il rapport ta’ serq minn knejjes fl-2017

Is-sena li għaddiet saru 12-il rapport ta’ serq minn knejjes madwar Malta u Għawdex.
Fil-Parlament, il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li l-valur misruq ivarja minn serq ta’ pissidi u kalċijiet minn Bormla b’valur ta’ €15,000, għal serq ta’ mejda tal-plastik u tvalja tal-bizzilla.  
Għall-mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, il-Ministru qal li l-affarijiet irrapportati misruqa mill-knejjes kienu jinkludu wkoll serq ta’ u minn kaxxi ta’ donazzjonijiet, ġojjellerija u oġġetti reliġjużi oħra.
Michael Farrugia qal li minn dawn it-12-il każ, tnejn ġew solvuti u f’każ ieħor l-oġġetti misruqa ġew irritornati taħt is-sigriet tal-qrar.
 

LOKALITÀOĠĠETTI MISRUQA U L- VALUR
Il-Belt Valletta
 
Madwar €100 minn kaxxa tad-donazzjonijiet
 
Il-Belt VallettaMadwar €20 minn kaxxa tad-donazzjonijiet
Birkirkara   Madwar €400 mis-Sagristija
Għajnsielem   Oġġetti reliġjużi – kalċi ta’ €1,500 u ostensorju tar-relikwa ta’ €50.
Il-Ħamrun   Stands tal-ħadid għall-arranġamenti tal-fjuri. Il-valur mhux indikat.
Bormla Ġojjelli u oġġetti reliġjużi bħal pissidi, ċiborju u kalċijiet, b’valur ta’ €15,000. Il-każ kien solvut u fis-7 ta' Settembru, 2017, tressqu żewġ persuni l-Qorti.  Il-każ għadu sub judice
Iż-Żejtun €13,976 f’ġojjelli. Il-każ kien solvut u fit-18 ta’ Jannar 2018 tressqet persuna l-Qorti. Il-każ għadu sub judice.
Is-Siġġiewi Mejda tal-plastik u tvalja tal-bizzilla b’valur mhux indikat
Raħal Ġdid Madwar €500 minn kaxxi tad-donazzjonijiet
Il-Ħamrun Żewġ floodlights b’valur ta’ €180 u kaxxa tad-donazzjonijiet li tiswa €150 b’madwar €20 fi flus ġo fiha
Iż-Żejtun Ġojjelli b’valur ta’ €500 u ammont ta’ flus mhux magħruf minn kaxxi ta’ donazzjonijiet
Il-Pietà €200 mill-kaxxa tad-donazzjonijiet