12-il persuna nqatlu f’attakk fi Knisja fin-Niġerja

12-il persuna nqatlu wara li raġel armat b’wiċċu mgħotti daħal fil-Knsija ddedikata lil San Filippu f’Ozubulu, fin-Niġerja u beda jispara.
L-attakk seħħ fis-6am waqt li kienet għaddejja l-ewwel Quddiesa.
Rapporti internazzjonali qed jirrapportaw li huwa spara fuq barun tad-droga. Jidher li qabel prova jmur isibu d-dar iżda sar jaf li kien il-Knisja u mar għalih hemm. Wara li spara fuqu, l-aggressur fetaħ in-nar ukoll fuq in-nies l-oħra.