12-il persuna avvelenati bil-pestiċidi

Il-Ministru Chris Fearne tkellem fil-Parlament dwar in-numru ta’ persuni li mill-2013 sal-2017 ġew ivvelenati mill-pestiċidi. Hu kien qed iwieġeb għall-mistoqsija tal-Membru Parlamentari Jason Azzopardi.

Il-Ministru Fearne spjega kif bejn l-2013 u l-2017 kien hemm total ta’ 12-il każ fejn persuni ddaħħlu fl-isptarijiet ta’ Malta u Għawdex minħabba li sofrew minn intossikazzjoni akuta jew kronika minħabba li kienu esposti għall-pestiċidi.

Fl-2013 kien hemm ħames każijiet, fl-2014 kien hemm wieħed, fl-2015 kien hemm tnejn, fl-2016 kien hemm tlieta filwaqt li fl-2017 kien hemm tnejn. Minkejja li Azzopardi talab ukoll statistika għas-sena 2018, din ma ġietx ippreżentata fil-Parlament.

Il-Ministru Fearne semma kif dawn il-każijiet kienu estratti mill-każijiet li jaqgħu taħt effett tossiku tal-pestiċidi u avvelenament aċċidentali jew b’mod intenzjonat, minn u esponiment għall-pestiċidi. Hu sostna li huwa importanti li wieħed jgħid li dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu inviżtati fid-Divartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali tal-isptar.