12-il oġġett li għandu jkollok fil-handbag

Trid issib bilanċ, bejn li tkun trid tħossok ippreparat għal kollox u ddur kullimkien b’basket li jgħawwiġġlek għonqok!

Imma x’għandek iżomm?  Dawn huma t-12-il oġġett essenzjali:

  1. Tissues: Bżonnjużi kemm jekk tbati minn xi allerġija, kemm jekk twaqqa’ xi ħaġa fuqek, u speċjalment jekk għandek it-tfal.
  2. Vażelina: Tista’ tużah meta xuftejk ikunu xotti, biex tneħħi l-make up u minflok hand cream.
  3. Sanitizer: Aħseb fil-mikrobi li tiġi f’kuntatt magħhom kuljum… il-biċċa l-kbira fuq il-mowbajl tiegħek. Xorta aħjar taħsel idejk, imma dan il-likwidu jista’ jkun soluzzjoni meta tkun ‘il bogħod minn sink.
  4. Lasktu tax-xagħar: F’każ li tkun trid tiġbor xagħrek, kemm jekk minħabba l-maltemp kif ukoll jekk tmur sal-gym għall-għarrieda.
  5. Flixkun ilma u xi ħaġa xi tnaqqar
  6. Business cards: Ma tafx ma’ min se tiltaqa’ minkejja ma jkunx pjanat.
  7. Minta: Issibhom utli wara li tiekol xi ħaġa bil-basal jew it-tewm!
  8. Mediċina: Skont iċ-ċirkostanzi tas-saħħa tiegħek, imma tajjeb ikollok xi ħaġa għall-uġigħ ta’ ras.
  9. Headphones: Jekk se tivvjaġġa fit-tul se jżommulek kumpanija.
  10. Stikek: Jekk timxi ħafna, dawn ikollok bżonnhom. Żomm f’moħħok li tista’ ssibhom utli meta tilbes xi żarbun ġdid.
  11. Ċarġer tal-mowbajl: Speċjalment jekk ma tgħixx bla mowbajl!
  12. Pad jew tampon: Kemm għalik u anke jekk jitolbok xi ħadd, jieħdu gost jisimgħu ‘iva’ meta jsaqsuk għandekx!

B’dawn l-oġġetti kollha xorta mhux se jkun ħafif, imma tal-inqas issa għandek gwida!

ARA x’inhuma l-affarijiet li m’għandekx iġġorr fil-handbag