13-il każ ġdid tal-coronavirus fir-Renju Unit

Aġġornat 11:08 AM
REUTERS/Ajeng Dinar Ulfiana

Fir-Renju Unit ġew ikkonfermati 13-il każ ġdid tal-coronavirus.

Id-Dipartiment tas-Saħħa Ingliż ħabbar li sa dalgħodu, kienu ġew ittestjati total ta’ 11,750 persuna fir-Renju Unit. Minn dawn, 35 irriżultaw fil-pożittiv, filwaqt li 11,715-il persuna m’għandhomx il-coronavirus.

Wieħed minn dawn il-pazjenti huwa mill-Irlanda ta’ Fuq, u l-ieħor f’Wales.

L-Iskozja kkonfermat l-ewwel każ il-Ħadd filgħaxija.

Il-ġurnal The Guardian irrapporta li pazjent minnhom, residenti Essex, qabdu l-virus mill-Ingilterra stess, peress li dan ma kienx siefer. Għadu mhux ċar jekk qabdux il-virus minn kuntatt dirett jew indirett ma’ individwu li kien imsiefer.

Tliet pazjenti oħra kienu f’kuntatt ma’ xi ħadd li kellu l-virus.