12-il karozza vvandalizzati fil-Belt Valletta

Tnax-il karozza li kienu pparkjati fil-Belt Valletta spiċċaw bil-mirja mkissra.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-Pulizija ġew infurmati għall-ħabta tas-1am li kien hemm għadd ta’ karozzi bil-mirja mqaċċta fi Triq l-Ifran.
L-ebda karozza ma kellha iżjed ħsara ħlief fil-mirja. Għalhekk ma jidhirx li kien hemm intenzjoni li jinsterqu xi oġġetti minn ġo fihom.
Il-ġimgħa li għaddiet, numru ieħor ta’ karozzi sfaw ivvandalizzati fil-Ħamrun.

Ritratt: Mill-Arkivji