12-il kadett ġdid għall-FAM

12-il kadett ġdid, fosthom tfajla, intlaqgħu fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta biex issa jibdew taħriġ militari bil-għan li, sa sena oħra, jkunu temmew b’suċċess is-sena ta’ formazzjoni.
Il-kadetti ġodda se jgħaddu l-ewwel tliet xhur fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta mbagħad jintbagħtu għal taħriġ militari f’akkademji magħrufa barra minn Malta.
B’kollox, applikaw 50 persuna imma ntagħżlu 12-il kandidat. 
Ritratt: Bdr Justin Gatt/AFM Public Affairs Office