12-il ilment fil-ġimgħa dwar djar għall-persuni bi problemi mentali

Read in English.

Minkejja li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali ma jżommx statistika dwar spezzjonijiet għall-għarrieda li jagħmel fid-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Nuqqas ta’ Saħħa Mentali, l-istess Uffiċċju jirċievi medja ta’ 12-il talba għall-assistenza jew informazzjoni fil-ġimgħa.

Fil-Parlament il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li dawk l-ilmenti li jikkonċernaw materji koperti bil-Liġi dwar is-Saħħa Mentali, jiġu indirizzati u fejn hu possibbli tinstab soluzzjoni.

Il-Ministru Fearne qal dan bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Mario Galea.