12-il familja f’Melbourne bla dar għall-Milied

Il-Milied mhux se jkun wieħed sabiħ għal 12-il familja f’Melbourne, fl-Awstralja li fl-aħħar sigħat tilfu darhom minħabba nirien.
Is-sħana qawwija ta’ dawn il-jiem u r-riħ qed ikomplu jifirxu għat-tielet jum konsekuttiv, in-nirien, magħrufa bħala bushfires, li huma tipiċi f’dawn l-inħawi matul dak li għalihom hu bħalissa l-eqqel tas-sajf.
Jum il-Milied mistenni jkun l-iktar jum sħun ta’ bħalissa f’Melbourne.